-
The Hobbit – The Desolation of Smaug
-
****
Direttur: Peter Jackson
Atturi: Ian McKellen, Martin Freeman, Richard Armitage, Benedict Cumberbatch, Evangeline Lilly, Lee Pace, Luke Evans, Ken Scott, James Nesbit u Orlando Bloom
Ħin tal-film: 161 min.
Maħruġ minn KRS Film Distributors
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A
Film epiku, ta’ fantasija u avventura, it-tieni wieħed minn tlieta msejjes fuq in-novella ta’ J. R. R. Tolkien li nkitbet fis-sena 1937 bit-titlu: The Hobbit. Dan it-tieni film isegwi l-ewwel wieħed: An Unexpected Journey li kien hareg fl-2012. Wieħed jittama li fis-sena 2014 naraw it-tielet u l-aħħar film mis-sensiela: There and Back Again. L-istorja tal-film tkompli fejn ħalliet l-ewwel waħda. Bilbo Baggins jivvjaġa ma’ Gandalf u l-kumpanija ta’ tlettax- il nanu taħt it-tmexxjia ta’ Thorin Oakenshield lejn is Saltna ta’ Erebor. Il-vjaġġ jeħodhom lejn ix-xifer fil-lvant tal-foresta ta’ Mirkwood fejn hawn iħabbtu wiċċhom ma’ Beorn. Gandalf wara din il-laqgħa xejn mistennija, jitlaq minn hemm waqt li l-oħrajn, hekk kif jidħlu ‘l ġewwa fil-foresta Mirkwood, jiġu attakati minn għadd kbir ta’ brimb kbir. Kollha kemm huma, barra Bilbo jinqabdu mill-għafriti tal-foresta. Bilbo iżda ma jdumx ma jgħinhom jinħelsu u jaħarbu minn idejhom. Hawn jibqgħu sejrin matul ix-xmara li twassalhom sa Lake-town, fejn jiltaqgħu mal-kap tal-belt, poeta u dixxendent ta’ Lord of Dale. Hekk kif jakkwistaw dgħajsa mimlija provisti mgħotija minn nies tal-belt, jitilqu lejn il-muntanja Lonely. Hawn jsibu il-bieb sigriet li kien jagħti għal ġewwa tal-muntanja u Bilbo jażżarda jidħol ġewwa fejn hemm jiltaqa’ mad- dragun Smaug. X’jiġri hekk kif Bilbo jiltaqa’ mad-dragun? Sadanittant, Gadalf jirnexxielu jipperswadu lill-kunsil biex jixħet ‘l barra lil Necromancer minn Dol Gulder għaliex isir jaf il-vera identita` tiegħu. X’jigri meta Gandalf jidħol ġewwa Dol Guldur flimkien mal-għafriti ta’ Mirkwood, imexxija mir-Re Tranduil u ibnu Logolas.Film maħdum b’sengha kbira u mimli avventuri li jħalluk bla nifs u fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Il-film jistgħu jarawh dawk li ghalqu it-tnax –il sena u fuqhom, iżda persuni ta’ eta` iżgħar minn tnax –il sena jistgħu jarawh jekk ikunu akkompanjati minn xi adult. Ċerti xeni vjolenti u tal-biza` jistgħu jimpressjonaw liż-żgħar.