Direttur: Jon Favreau
Atturi: Neel Sethi u Ritesh Rajan
Ilħna: Bill Murray, Ben Kingsley, Idris Elba, Lupita Nyong’o, Scarlett Johansson, Giancarlo Esposito, Christopher Walken u Garry Shandling
Ħin tal-Film: 106 min
Mowgli, tfajjel, ġie mrobbi minn familja ta’ lupi, taħt il-ħarsien tal-omm Raksha. Ta’ tarbija Mowgli nġieb għand din il-familja minn Bagheera, pantera li baqgħet tinteressa ruħha fit-trobija tiegħu billi jħarrġu fil-ħajja ta’ kif igħixu l-lupi. Iżda Mowgli kien iktar jinterresah li juża’
l-ħiliet tiegħu ta’ bniedem uman li kien. Jum wieħed, fl-istaġun li ftit li xejn kienet tagħmel xita, l-annimali kollha tal-ġungla nġabru madwar il-Peace Rock biex jixorbu l-ilma. Bejn l-annimali kollha kien sar fteħim li jkun hemm rispett minn kulħadd li jżommu “Il-Ligi tal-Ġungla” u li ħadd ma jażarda jeqred xi hadd minnhom. Waqt din il-laqgħa, it-tigra feroċi Shere Khan tintebaħ li fost il-miġemgħa tal-annimali, kien hemm Mowgli li ftit snin qabel missieru kien ħalla f’wiċċu ċikratiċi b’ħarqa tan-nar, prova ċara ta’ kemm il-bniedem jista’ jkun kattiv. Shere Kahn jagħmilha ċara li xejn ma kien kuntent li Mowgli kien hemm fosthom u deher determinat li jum wieħed jiġi u joqtol lil Mowgli. Il-lupi, din it-tehdida xejn ma għoġbithom tant li bdew jaraw kienx jaqbel jew le jekk għandhomx iżommu lil Mowgli fosthom. Iżda Mowgli jiddeċiedi li jitlaq minn fosthom minn rajh biex b’hekk ma jkunx ta’ periklu għalihom. Baghera toffri li turih it-triq fejn isib soċjeta’ ċivilizzata. Fi triqthom iżda jiġu attakkati minn Shere Khan. Mowgli jaħrab bis-saħħa ta’ merħla ta’ burfli imma Bragheera tisfa’ feruta. X’jiġri minn hawn? Ma’ min jiltaqa’ Mowgli? X’ġara fil-vizzjoni li l-piton Kaa turih? Min kien sejjer isalva lil Mowgli mill-ħakma ta’ Kaa?
Film Amerikan, avventura bi 3D, bi storja fantastika li għandu jżomm lil kulħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar. Minħabba xi xeni tal-biża’, jkun jaqbel li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.