• ***

    Direttur: Breck Eisner

    Atturi: Vin Diesel, Rose Leslie, Elijah Wood, Michael Caine, Julie Engelbrecht, Rena Owen, Olafur Darri Olafsson u Isaach De Bankole

    Ħin tal-film: 106 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Kaulder hu kaċċatur għas-sħaħar. Minħabba hekk, ir-Reġina Saħħara seħtet  għal ħajja eterna’  fil-Medju Evu lil Kaulder. Is-Saħħara kellha ħsieb li permezz ta’ pesta qerrieda teqred l-umanita’, iżda hu rrnexxielu  jwaqqaf lil din is-saħħara milli twettaq il-pjan tagħha. Jgħaddi ż-żmien, fil-fatt għaddew tmin mitt sena, u Kaulder għadu attiv f’għaqda li l-għan tagħha kien li żżomm tregwan bejn is-sħaħar u l-umanita’. Minnindu akkwista l-immortalita’ mir-Reġina Saħħara, Kaulder kellu saċerdot jgħinu, magħruf bħala “Dolan” li l-xogħol tiegħu kien iżomm dokumentat dak kollu li Kaulder kien jirnexxielu jagħmel u fl-istess waqt iżomm għajnejh fuqu u jkun ħabibu. Iż-żmien igħadddi u “Dolan”, tallum hu s-sitta u tletin wieħed li maż-żmien kien għen lil Kaulder. Issa dan wasal biex jirtira. Kaulder bħala apprezzament  tah  pinna tal-fidda. Hekk kif kien qiegħed joqrob iż-żmien tal-irtirar, is-sitta u tletin “Dolan”  insibuh fir-residenza tiegħu u waqt li qiegħed jissigilla dak li kien kiteb fuq il-missjoni li wettaq matul ż-żmien li ha ħsieb lil Kaulder, beda jgħati  istruzzjoni lil “Dolan” ġdid li kien sejjer jieħu postu.  Li ma kienux jafu kien li minnaħa l-oħra ta’ triq kien hemm saħħar li kien qiegħed jinnota kollox. Dak l-istess lejl,  Kaulder jirċievi messaġġ li s-sitta u tletin “Dolan”  miet fl-irqad. Kaulder isir jaf li ċ-ċerimonja tal-pussess ta’ “Dolan” ġdid, kienet sejra ssir dak inhar stess. Jum wara, wara ċ-ċerimonja tal-pussess, is-seba’ u tletin “Dolan”  u Kaulder ifittxu bir-reqqa r-residenza tas-sitta u tletin “Dolan”. Kaulder beda jissuspetta li s-sitta u tletin “Dolan” kien ġie maqtul. Fit-tfittxija li għamlu jsibu xi traċċi ta’ maġija fil-kamra, barra wkoll xi għamara miksura. Kien juri biċ-ċar, l-ħati li wettaq id-delitt kien qiegħed ifittex xi ħaġa. Jidħer li s-sitta u t-tletin “Dolan”  ġie misħut minn xi għadu mhux magħruf. Kaulder sab ruħhu f’qagħda li biex ifarrak is-saħta, kellu ssib sieħbha saħħara biex tgħinu jsib dik il-ħaġa li kellha tiddeċiedi l-futur tal-umanita’.

    Film Amerikan, mimli azzjoni sopranturali taħt id-direzzjoni ta’ Breck Eisner. L-istorja tlaqqgħana ma’Kaulder li tmin mitt sena ilu kien ġie misħut mir-Reġina Saħħara. Fi żmienna għadu jissielet biex iżomm l-qawwa tal-ħażen ‘l bogħod mill-umanita’. Minħabba vjolenza, xeni tal-biża’ kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.