• ****

    Direttur: David Yates
    Atturi: Alexander Skarsgard, Samuel L. Jackson, Margot Robbie, Djimon Hounsou, Jim Broadbent u Christopher Waltz
    Ħin tal-Film: 110 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd          
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A                        
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:12
     
    L-istorja tal-film teħodna fis-sena 1884; il-bniedem magħruf aħjar bħala ‘Tarzan’ kien ħalla il-ġungla ġewwa l-Afrika madwar tmin snin qabel. Hemm,  ta’ tarbija,  ġie mrobbi minn gorilli wara li l-familja ġiet attakkata minnhom. B’xorti tajba għal din it-tarbija, il-mexxej tal-gorilli wera nteress fit-tarbija li sab u ddeċieda li jieħu jsibha. It-tifel kiber u  mrawwem tajjeb mill-gorilli u  b’intelliġenza ta’ bniedem, sar ir-Re tal-Ġungla. Wara li ħalla warajh il-ħajja tal-ġungla, ‘Tarzan’, issa  bl-isem tiegħu propju: John Clayton, it-tielet Viskonti ta’ Greystoke, kien jinsab jgħix ġewwa Londra, ħajja aristitokratika ma’ martu, Jane Porter li kien iltaqa’ magħha meta kien igħix fl-Afrika. Kollox kellu jinbidel hekk kif John Clayton jiġi msejjaħ mill-Prim Ministru u l-kabinet tiegħu ġewwa 10, Downing Street biex imur lura ġewwa l-Gongo Free State bħala emissarju kummerċjali. Fis-sena 1884, Ir-Re tal-Belġju. Leopoldu kien ħa l-kontrol tal-pajjiż tal-Gongo fejn hemm ried jipprofitta ruħu mir-riżorsi naturali li kienu jinsabu hemm.  Iżda ħames snin wara r-Re Leopoldu kien qiegħed jiġi wiċċ imb’wiċċ ma’ falliment finanzjarju. Għalhekk  jibgħat lil Leon Rom, bħala r-rappreżentattiv tiegħu ta’ fiduċja biex jieħu f’idejh is-suq tal-iskjavi u fl-istess waqt jgħaqqad armata ta’ merċenarji. Rom jirnexxielu ssib l-appoġġ taċ-Ċif Mbonga, il-kap ta’ tribu feroċi,  li kien lest li għall-ammont kbir ta’ djamanti li dan il-kap kien lest li jgħaddi lil Rom, basta li jġiblu ħaj lil Tarzan, li issa kien jinsab igħix fl-Ingilterra.  Biex jirnexxielu jagħmel dan, Rom kiteb ittra lil Gvern Ingliż bl-iskuża li kien hemm bżonn ta’ emissarju Ngliż ġewwa l-Congo u dan ma kienx ħlief John Clayton. Kienet sejra tkun nasba biex Rom jieħu f’idejh lil Tarzan. Tgħid jirnexxielu l-ħsieb tiegħu? Il-ġrajja tal-film hi r-rakkont ta’dak li ġara f’din il-manuvra qarrieqa minnaħa ta’ Rom.
    Film Amerikan mimli azzjoni, msejjes fuq il-karattru mmaġinarju maħluq minn Edgar Rice Burrough. Minħabba vjolenza, mġieba rreverenti, kliem u ċajt goff, kif ukoll xi xeni li jistgħu jimpressjonaw liż-żgħar, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –sena.