-
-
***
Direttur: James DeMonaco
Atturi: Frank Grillo, Carmen Ejogo, Zach Gilford, Kiele Sanchez u Michael K. Williams
Ħin tal-Film: 103 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18Ninsabu fis-sena 2023, sewwasew fil-21 ta’ Marzu, meta fl-Los Angeles ġewwa l-Amerika, darba fis-sena kien jinżamm lejl ta’ tnax –il siegħa li fih kien isir Tindifa li kien ifisser li matul dawn is-siegħat kienu jiġu sospisi l-liġijiet kollha u min kellu xi rabja kontra xi ħadd u jħoss li għandu ppattija, dan kellu ċ-ċans li jagħmilha f’dak il-lejl. Permess ta’ din it-Tindifa, il-pajjiż kellu rata ta’ krimanalita` baxxa għal kumplament tas-sena kif ukoll in-nies bla xogħol kienu naqsu ħafna. Kienet ukoll iservi biex tellimina liIl-batut u ħafna nies b’diżabilita` jew xjuħ. Leo, surġent fil-pulizija jieħu l-opportunita` ta’ dawn is-siegħat biex jagħmel vendetta minn raġel, li taħt l-influwenza tal-alkoħol kien qatel lill- ibnu. Kollox kien imħejji biex dak il-lejl, Leo iwettaq vendetta. Iżda hekk kif kien sejjer biex jagħmel dan, armat sa sninu, jiltaqa’ ma’ żewġ nisa, Eva u bintha Cali li kienu qegħdin jiġu maħtufa minn ċorma nies ħżiena li kienu ħadu l-opportunita` li f’dak il-lejl jagħmlu li jridu. Leo f’qasir żmien iġieb fix-xejn lil dawn in-nies u jeħles liż-żewġ nisa. Kif imur lura lejn il-karozza, isib li sadanittant fil-karozza kienu daħlu Shane u Liz, koppja miżżewġa li sabu ruħhom f’diffikulta` meta l-karozza tagħhom ġiet isabotaġġjata minn ċorma oħra li spiċċaw jiġru warajhom. Leo u l-erba’ refuġjati jaħarbu mill-post iżda hawn ukoll, il-karozza li kellu Leo tiġi milquta u tispiċċa f’nofs ta’ triq. X’sejrin jagħmlu issa? Eva tghid lil Leo li ħabibta toqgħod fi qrib u li għandha karozza u li kienet ċerta li kienet lesta li sselieffilu. X’jiġri minn hawn? Meta jaslu għand din il-ħabiba, xi jsibu? X’kien qiegħed jiġri ezattament f’dak il-lejl ta’ Tindifa?
Film tal-biża` li jseggwi l-ewwel film li ħareġ is-sena l-oħra bl-isem ta’ The Purge. Minħabba li l-film fih ħafna vjolenza qawwija, kif ukoll kif tiġi murija l-fidi u t-talb, barra wkoll il-kliem baxx u goff użat, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax –il sena.