• **

      Direttur: Gregory Levasseur
      Atturi: Ashley Hinshaw, James Buckley, Denis O’Hare, Christa Nicola
      Ħin: 89 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

      Tim ta’ arkeoloġisti, magħmul minn Miles Holiday u binthu Nora flimkien man-nies tagħhom, isibu piramida midfun taħt ir-ramel fl-Eġittu u jiddeċiedu li jgħidu lil Sunni, ġurnalista amerikana, u l-camerman tagħha, Fitzie, biex jiddokumentaw l-iskoperta tagħhom. Flimkien magħhom hemm ukoll it-tekniku Zahir u r-robot tiegħu ‘Shorty’. Ma jdumux ma’ jsibu minn fejn jidħlu fil-piramida, iżda malli jiftħu l-bieb joħroġ ħafna gass velenuż. Huma jibgħatu lil Shorty biex jindaga x’hemm ġewwa l-piramida u permezz tiegħu jaraw li mal-ħitan hemm kitbiet bl-eġittzjan li jfissru ‘periklu’ u ‘mewt’. Minkejja dawn l-ammonizzjonijiet, meta jitilfu kuntatt ma’ Shorty il-ħamsa li huma jidħlu fil-piramida biex ifittxuh u jaraw b’għajnejhom x’hemm. Wara ftit li jidħlu jintilfu u waqt li jkunu jipprovaw isibu kif joħorġu l-barra jħabbtu wiċċhom ma’ ħafna perikli, fosthom għadd ta’ qtates mibdulin ġenetikament li jagħmlu għal kull ħaġa ħajja.
       
      Film tal-biża’, fi stil ta’ dokumentarju, b’diversi elementi li ssoltu nsibu f’films ta’ din ix-xorta, b’reċtar u djalogu fqir. Fih xeni ta’ vjolenza mdemmija u ta’ dmija u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.