• The Smurfs 2

  • *****

     
    Direttur:          Raja Gosnel
    Atturi:              Neil Patrick Harris, Brendan Gleeson, Jayma Mays,  Hank Azaria u Nancy O’Dell
    Ilħna:               Jonathan Winters, Fred Armisen, Katy Perry, Alan Cumming, Anton Yelchin, George Lopez u John Oliver
    Ħin tal-film:    104 min

     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          U
     
    Is-saħħar il-ħażin Gargamel, joħloq koppja li tixxiebaħ ħafna lis-Smurfs. Gargamel  jatihom l-ismijet ta’ Vexy u Hackus u l-laqam ta’ Naughties. Gargamel kien jittama li minn din il-koppja mqarrba joħloq oħrajn bħalhom u b’hekk ikun f’qagħda li jġib fix-xejn is-saħħa u l-maġija tal-iSmurfs.  Imma Gargamel jintebaħ li biex jagħmel dan, ma kienx ikun possibli jekk ma jkollux f’idejh il-vera Smurf li tagħtih dak li xtaq: il-formula ta’ kif tkattar Smurfs oħrajn biex jiġu taħt il-ħakma u l-influenza tiegħu.  Smurfette biss setgħat  itih dak li xtaq  għax hi biss kellha il-fomula ta’ kif tbiddel in-Naughties fi Smurfs vera. Għalhekk Gargamel jaħtaf lil Smurfette  u  jġibha ġewwa Pariġi fejn hu kien qiegħed igawdi popolarita` kbira. Ħafna kienu jikkonsidrawh bħala l-akbar saħħar fid-dinja. Il-pjan ta’ Gergamel jirnexxi mija fil-mija. X’sejrin jgħamlu issa l-iSmurfs meta jintebħu li Smurfette  kienet tinsab fil-periklu li tiġi manipulata mis-saħħar  Gargamel? Papa, Clumsy, Grouchy u Vanity  jidħlu għall-missjoni tqila u perikoluza u jerġgħu lura lejn id-dinja. Biex jagħmlu dan kien hemm bżonn li jerġgħu jiltaqgħu mal-ħbieb antiki tagħhom Patrick u Grace Winslow. Tgħid  jirnexxielhom? Sadanittant, Smurfette, li minn dejjem ħasset li kienet differenti minn Smurfs oħra, bdiet issib il-kumpanija ta’  Vexy u Hackus attraenti. Dawn minnaħa tagħhom ma baqgħux lura biex jippruvaw jipperswadu lil Smurfette biex tikxef il-formula li hi biss kienet taf. X’jiġri minn hawn?

    ​Film helu hafna, bi 3 D u bi storja tassew ħelwa u li żgur togħġob  lit-tfal kif ukoll lill- kbar. Fih messaġġ posittiv ħafna fejn juri l-vera mħabba u lealta` lejn il-ħbieb vera waqt li min jipprova jqarraq għal skopijiet ta’ moħħu biex jistgħana u jsir setgħan, fl-aħħar isib li s-sewwa jirbaħ żgur.