-
-
****
Direttur: Steve Loter
Ilħna: Mae Whitman, Megan Hilty, Lucy Liu, Raven-Symone, Anjelica Huston, Gennifer Goodwin, Rosario Dawson, Mel B u Thomas Lennon
Ħin tal-Film: 76 min
Klassifika taċ-Ċensura: U
Klassifika tal-Knisja: U
Fawn hi fatata ħelwa fuq tagħha, ta’ qalb kbira u lesta tgħin lil kulħadd. Kienet temmen li ebda ktieb ma tista’ tiġġidikah mill-qoxra tiegħu, jew xi annimal li jidher feroċi u perikoluż għaliex għandu nejbiet kbar. Wieħed ma jiskanta xejn li Fawn isir ħabib ma’ kreatur kbir u ikraħ u barra wkoll li kien misterjuż għaliex qatt ma kien instema’ minn qabel li dan il- ‘mostru’ kien xi darba fl-inħawi fejn kienu jgħammru l-fatati. Sħab Fawn, għal bidu xejn ma kienu ċerti minn din il-ħbiberija li kienet qegħda turi Fawn għal dan il-mostru. Tink, likbar habiba li kellha Fawn urew li xejn ma kienu kuntenti u kienu mbeżża li dan l-mostru, bl-isem ta’ NeverBeast seta’ faċilment iġib diżastru f’Pixie Hollow. Mhux ta’ b’xejn li l-fatati li kienu jieħdu ħsieb li f’Pixie Hollow iżommu l-ordni u kienu anke lesti biex jiddefendu l-abitat tagħhom minn kull min seta’ jagħmel ħerba minnhom. Għalhekk kienu determinati li jaqbdu l-mostru qabel dan jagħmel ħerba u jfarrak Pixie Hollow. Fawn minnaħa tagħha kienet tafda iktar lill-qalbha milli rasha u kienet lesta li tieħu ż-zogru li dan il-mostru ssir ħabib tal-fatati kollha. B’hekk mhux biss il-fatati jkuna akkistaw ħabib ġdid li jkun jista’ jgħinhom iżda wkoll minnaħa l-oħra ssalvaw lill-ħajtu li kienet fil-periklu jekk jiġi taħt idejn il- forża elitist li kienet tieħu ħsieb is-sigurta ` ta’ Pixie Hollow. Tgħid jirnexxilha Fawn tirbaħ il-fiduċja ta’ sħabha u l-fatati kollha ta’ Pixie Hollow?
Film ħelu hafna, animat u maħdum b’sengħa kbira, għandu joffri pjaċir kbir l-aktar lit-tfal żgħar. Dan il-film hu s-sitt wieħed minn sensiela fuq l-istess suġġett msejjes fuq il-karattru ta’ Tinker Bell mill-pinna tal-awtur J. M. Barrie. Fiħ messaġġ pożittiv ħafna. Kemm hu importanti li wieħed ma jiġbidx konklużjonijiet qabel ma jsir jaf il-fatti kollha. Żgur Fawn għandha lezzjoni xi ttina.