-
-
Direttur: Michael Bay
Atturi: Mark Wahlberg, Josh Duhamel, Stanley Tucci, Anthony Hopkins, Isabela Moner, Laura Haddock, Tyrese Gibson, u John Turturro
Ħin tal-Film: 149 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
Fin-nuqqas ta’ Optimus Prime, gwerra bejn ir-razza umana u t-Transformers dehret inevitabbli. Għad-dinja din il-gwerra kienet tfisser it-tmiem tagħha. Cale Yeager, missier u inventur li għen lill-Autobots fil-ġrajjiet li seħħu fl-Age of Extinction, jifforma alleanza ma’ Bumblebee, Autobot żagħżugħ u Sir Edmund Burton, Astronomu u storiku, espert fl-istorja ta’ Transformers on Earth. Iżda din l-alleanza ma tkunx biżżejjed biex tegħleb l-isfida serja li d-dinja kienet qegħda tiffaċċja. Magħhom jidħlu wkoll William Lennox, li darba kien il-kmandant ta’ N.E.S.T., illum il-ġurnata hu kurunel fil-militar Amerikan; Joshua Joyce, eks-kap tal-K.S.J. u li kien għen biex joħloq numru ta’ Transformers fil-passat; Izabella, tfajla li sfat orfni u ħbiebha jkunu Sqweek u Canopy sakemm tiltaqa’ ma’ Cade li jibda jieħu ħsiebha; Viviane Wembley, professoressa fil-letteratura Ingliża ġewwa Oxford; Robert Epps, li issa jinsab irtirat fil-U.S. Air Force Sergeant.
Għalkemm dan it-tim kien fenominali iżda kif kienu sejrin jiġu wiċċ imb wiċċ ma’ forza iktar qawwija u determinata li teqred id-dinja u kull ma kien hemm fiha? Optimus Prime, il-mexxej tal-Autobots, ħalla din id-dinja fl-2014 u telaq lejn l-ispazju biex isib ir-razza tiegħu. Fil-fatt sab li r-razza tiegħu kienet ġiet meqruda u minflokha kien hemm tifflowtja, alla mara bl-isem ta’ Quintessa li tbiddlu f’Nemeis Ħazin. L-għan tagħha kien li ġġegħlu jakkwista l-bastun maġiku ta’ Merlin, is-saħħar mitiku. Jekk jirnexxielha l-ħsieb tagħha, kien ifisser li Cybertron tikkraxxja fuq id-dinja u teqridha għal kollox. Id-dinja kienet attwalment Unicron, li storikament kienet dejjem l-avversarju ta’ Cybertron. Jekk Cybertron tirnexxi tagħmel dan, kien ifisser li terġa lura għall-glorja ta’ qabel. X’sejjer jiġri minn hawn? X’parti jkollu Optimus f’din il-ġrajja? Tgħid jinduna li Quintessa kienet qegħda tużah?
Transformers: The Last Knight, hu l-ħames film fis-sensiela ta’ film, Transformers, mimlija azzjoni ta’ fantaxjenza, msejjes fuq l-linji toy, bl-istess isem minn Hasbro. Dan il-film isegwi dak li ħareġ fl-2014, bl-isem ta’ Transformers: Age of Extinction. Hu taħt id-direzzjoni ta’ Michael Bay. Minħabba vjolenza, ġlied qawwi, kliem goff u tema ta’ okkult, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.