-
-
Fil-messaġġ tiegħu tal-Għid il-Ħamsin, il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika qed tħabbat wiċċha ma’ żewġ tentazzjonijiet: “tfittex id-diversità mingħajr l-għaqda” u “tfittex l-għaqda mingħajr id-diversità.”
Il-Papa fakkar li dawn it-tentazzjonijiet imorru kontra l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt, li f’Pentekoste għaqqad lid-dixxipli tiegħu billi tahom don differenti u bdew jitkellmu b’ilsna oħra (ara Atti 2,3-4).
Semma l-periklu li jeżisti meta nimxu minn estrem għal ieħor, u qal li dawk li jwarrbu d-diversità jkunu qed iċaħħdu l-libertà u dawk li jinsew l-għaqda jkunu qed ikissru d-djalogu. Saħaq li “l-Ispirtu s-Santu joħloq id-diversità u l-għaqda u fl-istess ħin joħloq persuni ġodda, differenti u magħquda: il-Knisja Universali.”
Il-Papa Franġisku jgħidilna wkoll li l-miġja tal-Ispirtu Santu ġabet magħha r-rigal tal-maħfra, li fi kliemu, hi l-kolla li żżommna ma’ xulxin, li ġġedded qalbna u li timliena bit-tama; “mingħajr it-tama, il-Knisja ma żżommx fuq saqajha.”
Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Għid il-Ħamsin.