• **

    Direttur: Levan Gabriadze
    Atturi: Shelley Hennig, Moses Storm, Renee Olstead, Will Peltz
    Ħin: 82 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Sitt żgħażagħ, Blaire, Jess, Val, Ken, Adam u Mitch, iqattgħu l-ħin fuq il-computer,  jiċċettjaw u jaraw lil xulxin permezz ta’ Skype. Huma għandhom sigriet ikreħ: kienu bbuljaw bla ħniena waħda mill-istudenti sħabhom jisimha Laura; meta xi ħadd minnhom kien tefa’ fuq l-internet video umiljanti li juri lil Laura fis-sakra u storduta, Laura kienet ikkommettit suwiċdju billi sparat f’wiċċha. Dak seħħ sena ilu. Issa, waqt li s-sitt iħbieb qed jikkumunikaw flimkien permezz ta’ Skype, fuq l-monitor tal-computer tagħhom titfaċċa persuna oħra misterjuża, l-ispirtu ta’ Laura, li trid tpattiehilhom għal li għamlulha. U jseħħ pandemonju meta jibdew jinkxfu s-sigrieti u dawn iż-żgħażagħ jitgħalmu b’mod qares li kull azzjoni għandha l-konsegwenzi tagħha.

    Film thriller tal-biża’, fejn kollox isir fuq l-monitor tal-computer. Film dwar cyberbullying li fih element qawwi ta’ suspens u qtajja imma huwa nieqes mill-interess. Fih vjolenza mdemmija u tortura, teħid ta’ alkoħol u drogi minn żgħażagħ taħt l-eta’, xi kontenut sesswali, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.