It-Tnejn

10.00 a.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’f’Jum l-Anzjani, fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

It-Tlieta

10.00a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Kalkara, Kan. Anton Galea Scannura, bi tħejjija għall-Vista Pastorali, fil-Kurja.

11:00a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma Mons Selim Sayegħ, isqof tal-Gordan fil-Kurja.

12.00 p.m.        L-Arċisqof jattendi pranzu mal-Eċċ.za Rev.ma Mons. Joe Alessandro fil-Kunvent tal-Kapuċċini, il-Furjana.

L-Erbgħa

10.00a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

4.30p.m.            L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Kurt Johansen, id-direttur eżekuttiv ta’ Sat-7 Europe & Asia, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Il-Ħamis

10.00a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażżjoni tal-ftuħ ta’ kappella ġdida f’St. Martin’s Institute, il-Blata l-Bajda.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m.           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.

4.30p.m.            L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapreżentattiv Djoċesan, il-Kurja.

6.00p.m.            L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana, fiċ-Ċentru Animazzjoni Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.

Is-Sibt

9.00a.m.            L-Arċisqof jippresiedi t-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana, fiċ-Ċentru Animazzjoni Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.

Il-Ħadd

8.30a.m.            L-Arċisqof  jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali, u wara jiltaqa’ man-nies.

11.00a.m.         L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja tal-Kalkara fid-Dar Parrokkjali

4.00p.m.            L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla.