It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’, r-Rabat.
It-Tlieta
09.30 a.m. L-Arċisqof jaqsam l-awguri tiegħu tal-Milied mal-kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja, l-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ terapewtika ta’ San Blas u wara jiekol mar-residenti, f’Ħaż-Żebbuġ.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’, r-Rabat.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa għal studenti mill-Kontinent Awstraljan, fil-Kurja.
10.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal festin mill-APS Bank.
7.30 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek il-ftuħ tal-mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-parata u għall-għoti ta’ onorfiċenzi fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, fil-palazz tal-President, il-Belt Valletta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Santa Luċija li matulha jingħata wkoll il-pussess lil Dun Denis Schembri bħala kappillan tal-Imtarfa.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti ta’ St Joseph tal-Blata l-Bajda u jaqsam l-awgurju tiegħu, fil-Kurja.
1.00 p.m. L-Arċisqof jagħti l-awgurju tiegħu tal-Milied f’festin żgħir għal dawk li huma mpenjati fid-djar tal-anzjani tal-Knisja, f’Casa Leone, fil-Balluta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, l-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fil-Mużew tal-Katidral, l-Mdina.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
Il-Ħadd
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tat-tmiem tal-ħatra tan-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.