• 10 – 16 ta’ Frar

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Knisja Parrokjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-miġja f’Malta tal-Missjunarji tal-Karità, Bormla.
     
    It-Tlieta          
    4.00 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni ta’ Jum il-Morda, Santwarju Santa Tereża, Birkirkara.
     
    Il-Ħamis         
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti u joqgħod magħhom għall-ikel, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM għall-bniet tal-Blat tal-istess parroċċa.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni tal-istess parroċċa.
     
    Il-Ġimgħa
    10.30 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-istaff tas-Seminarju Maġġuri, St Joseph Retreat House, Rabat.
    3.00 p.m.         L-Arċisqof isellem lil E.T. Dr Karolos Papoulias, President tar-Repubblika Griega, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja. 
     
    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djocesan, il-Kurja.
    12.30 p.m.       L-Arċisqof jipprateċipa f’Maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-missjonijiet, UTV Sudios, Ħal Luqa.
    6.30 p.m          L-Arċisqof jiċċelebra Quddies organizzata mill-Moviment ta’ Kana għall-għarajjes li se jiżżewġu din is-sena, Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ħadd
    7.15 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi.
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunità tas-sorijiet Franġiskani, Ħal Qormi.
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivil, Ħal Qormi.