It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, f’Tas-Sliema.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu għal katekeżi fil-Museum, fl-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummisjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin, fl-istess parroċċa.

It-Tlieta

10.30 a.m. L-Arċisqof jattendi seminar mal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi, f’Mount St. Joseph, Mosta.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni individwali li jixtiequ jkellmuh, fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

7.15 p.m. L-Arċisqof jżur id-Dar tas-Sależjani Osanna Pija, fl-istess parroċċa.

Il-Ħamis

8.35p.m. L-Arċisqof jitlaq f’titjira lejn Ruma, mill-Ajruport.

Il-Ġimgħa
Is-Sibt

12.25 p.m. L-Arċisqof jasal lura minn Ruma, fl-Ajruport.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jżur il-komunità tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu fil-kunvent tagħhom, f’Tas-Sliema (Sacro Cuor).

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja fl-Uffiċċju Parrokkjali, fl-istess parroċċa.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija fl-Uffiċċju Parrokkjali, fl-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għaż-Żgħażagħ, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, f’Tas-Sliema.