It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru ta’ Katekezi Marija Bambina bħala parti miż-żjara pastorali fil-Parroċċa ta’ Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa ta’ Żabbar.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi ċena fil-Berġa ta’ Kastilja mogħtija b’unur l-E.T. Dr Angela Merkel, Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

It-Tlieta

8.45 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju tal-Virtu’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresieda laqgħa tal-bord tas-Seminarju.

L-Erbgħa

8.45 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju tal-Virtu’.

Il-Ħamis

8.45 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju tal-Virtu’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa ta’ Żabbar.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM  tas-subien, Zabbar.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-parroċċa ta’ Żabbar.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sorijiet ta’ S. Ursola, fil-monasteru tagħhom il-Belt.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku S. Marija tal-parroċċa ta’ Żabbar.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa ta’ Żabbar ndividwalment.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa ta’ Żabbar.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għal dawk li żżewġu matul l-2010, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħadd

8.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali taż-żona pastorali S. Marija, fil-parroċċa ta’ Żabbar.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru S Marija, Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Fr Keith Bonnici bħala Kappillan tal-parroċċa tal-Iklin.