It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista fuq il-programm televiziv Leħen Malti, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu lill-emigranti Maltin fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

10.45 a.m. L-Arċisqof iżur il-konsolat Malti f’Toronto.

11.45 a.m. L-Arċisqof iżur l-Uffiċċju Raprezentattiv tal-Bank of Valletta f’Toronto.

It-Tlieta

1.00 p.m. L-Arċisqof iżur lill-Isqof Awziljarju ta’ Toronto, Eċċ. Rev.  Mons. William McGrattan.

3.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-qassisin u mar-reliġjuzi Maltin, jew ta’ dixxendenza Maltija, fis- St. Paul’s Hall.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Maltese-Canadian Federation u mar-rapprezentanti ta’ diversi Clubs.

L-Erbgħa

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Sant’Anna għall-Maltin li jgħixu fin-Niagara Region u f’Hamilton, u wara jibqa’ magħhom għal riċeviment.

Il-Ħamis

2.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-pazjenti Maltin fl-Isptar ta’ Runnymede.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-Bazilika ta’ San Pawl u l-Kattidral ta’ San Mikiel.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi dinner dance fir-Rizzo Hall.

Is-Sibt

9.15 a.m. L-Arċisqof iħalli Toronto lejn New York.

1.45 p.m. L-Arċisqof jiġi milqugħ mill-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti, l-E.T. Saviour F. Borg

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas-saċerdoti Maltin fil-Most Precious Blood Parish Church.

8.15 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment organizzat mill-Maltese Centre Parish Hall.

Il-Ħadd

10.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-Arċisqof ta’ New York, Eċċ. Rev.  Mons. Timothy Dolan, fil-katidral ta’ St. Patrick’s.