It-Tnejn

9.15 p.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ formazzjoni fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ‘A’ tar-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-paroċċa.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tar-Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

4.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi tan-Nigret, ir-Rabat, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-animaturi fl-Evanġeliżżazzjoni, ir-Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma grupp ta’ żgħażagħ f’Marsaxlokk.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ‘B’ tar-Rabat.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet Agostinjani tar-Rabat.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja tar-Rabat.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m.L-Arċisqof iżur u jbierek l-uffiċini ġodda tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, il-Furjana.

11.30-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Ms Simone Mizzi, il-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Kurja. 12.00 p.m. L- a.m. LArċisqof jiltaqa’ mas-Sur Jose’ Angel Oropeza, Direttur Reġjonali tal-Organiżazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċelebrazzjoni ewkaristika li fiha jingħata l-Ordni tad-Djakonat lil tmien żgħażagħ, fil-parroċċa taż-Żejtun.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju tal-Gruppi Familji Nsara tal-Moviment ta’ Kana.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tas-Sacred Heart, ir-Rabat.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Dumnikani, ir-Rabat.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Gudja.