It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fil-Knisja ta’ S. Tereża, Birkirkara.
It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali għad-Dinja tax-xogħol fiċ-Ċentru Parrokkjali, Ħ’Attard
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ras ir-Randan, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, fil-Kurja.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja bħala parti miż-Żjara Pastorali li qiegħed jagħmel fil-parroċċa ta’ San Gejtanu, l-Ħamrun.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur id-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, l-Ħamrun.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-Parroċċa fil-boardroom tal-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.
Il-Ġimgħa
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għal Jum il-Lajċi, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Kappella tad-Duluri u wara jiltaqa’ man-nies, fil-Ħamrun.
Il-Ħadd
8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella tal-Midalja Mirakoluża u wara jiltaqa’ man-nies fil-Blata l-Bajda.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjeta’ ċivili fl-Oratorju, il-Ħamrun.
5.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fil-festa ta’ Ħadd-in-Nies u wara jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar.