It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat ta’ l-Għaqda Armar S. Bastjan, Qormi.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-Live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fl-okkażjoni ta’ l-ewwel ċentinarju tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM (Nisa).

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-Live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju f’Tal Virtu.

7.00 p.m. L-Arċisqof ibierek u jinawgura showroom Ta’ Bond’s ġewwa Ħ’Attard.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-Live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju f’Tal Virtu..

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Kamra ta’ l-Ispiżjara f’laqgħa organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, f’Birkirkara.

Il-Ġimgħa

11.30 am. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Ħal Tarxien bi tħejjija għaż-żjara pastorali fil-paroċċa tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Nikola, Ħal Tarxien, u wara jiltaqa’ u joqgħod għall-ikel mal-Komunita’ tal-Patrijiet Agostinjani.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Pastorali Djoċesan, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’Ħal Tarxien.

Il-Ħadd

9.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien.

11.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Djakonija tal-istess parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, għal dawk li ser jiżżewgu din is-sena (2010).