It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tal-MUSEUM fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ San Pietru, l-Imdina.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Puluzija, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq radju RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Bord tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment fuq il-vapur Amerigo Vespucci.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sorijiet tal-Monasteru Sta.Skolastika, Birgu, bi tħejjija għall-Kapitlu.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin li jinsabu Malta, f’ Dar Emigrant, il-Belt.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tal-Isptar Monte Carmeli, Attard.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Oren David, Ambaxxatur ta’ Iżrael għal Malta.

1.00 p.m. L-Arċisqof jattendi seminar internazzjonali dwar il-Ġurisprudenza u l-Familja fl-Aula Magna, Valletta.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

Il-Ħadd

11.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Iklin.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-Arċipriet il-Ġdid, Dun Joe Ċilia, fil-Parroċċa tal-Birgu.