It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju Tal-Virtu’.
It-Tlieta
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, Tal-Virtù.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fl-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani u jiekol magħhom, l-Ħamrun.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għal Irtir għall-membri tal-Kapitlu Metropolitan, fiċ-Ċentru tal-Irtiri ta’ San Ġużepp, ir-Rabat.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M) fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fl-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fl-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.
Il-Ġimgħa
8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd, fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Ħamrun.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
Ħadd
12.00 p.m. L-Arċisqof mistieden għal pranzu flimkien mal-Patrijiet Franġiskani fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp, ir-Rabat.