It-Tnejn

8:45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Sr Nunzia De Gori, Superjura Ġenerali tas-Sorijiet tal-Karita’.

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

1.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista fuq ONE TV.

4.45 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi Sant’ Andrija, Mosta, fejn qed jagħmel iż-Żjara Pastorali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Parroċċa tal-Mosta individwalment.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Parroċċa tal-Mosta flimkien u joqgħod magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-seminarju.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal-lecture minn Mons. Luigi Bezzina, Isqof Emeritus ta’ Ivrea, fil-Phoenicia Hotel.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

4.45 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi, Oratorju Marija Immakulata, fil-Parroċċa tal-Mosta, fejn qed jagħmel iż-żjara pastorali.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għall-midwives organizzat mis-Segretarjat tal-Lajċi, fl-iSptar Mater Dei.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-Mother’s Prayers International Conference fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, fin-Naxxar.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Parroċċa tal-Mosta individwalment fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal serata mużiko letterarja fl-okkażjoni ta’ 90 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista, Hamrun.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali u l-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjuzi, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċlebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Mosta.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fl-okkażjoni ta’ għeluq l-1950 anniversarju tal-miġja ta’ San Pawl fostna, fil-Parroċċa ta’ San Pawl, Valletta.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippersiedi l-Ordinazzjoni għad-Djakonat ta’ seba’ seminaristi, fil-Katidral tal-iMdina.