It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqgħa maż-żgħazagħ li jinsabu fil-bidu tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ għall-ikel magħhom, fis-Seminarju f’tal-Virtu.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-Fosos f’xogħlijiet relatati maż-żjara tal-Papa, kif ukoll ma ħaddiema li qed jaħdmu fiċ-Ċentru Kordinazzjoni Uffiċċju Zjara tal-Papa.

10.00 a.m. L-Arċisqof ikollu intervista dwar iz-zjara tal-Papa f’Malta.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru.

Il-Ħamis

11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-Live-in tal-Unita’ Saċerdotali u wara jibqa’ għall-ikel magħhom.

6.30 p.m. L-Arċisqof jagħti l-Minsteru tal-Lettorat lil tmien Seminaristi fil-Parroċċa taż-Żurrieq.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

Is-Sibt

11.00 a.m. L-Arcisqof  jiltaqa’ ma’ l-E.T. Gregorju III, Patrijarka ta’ Antiochia, Alessandria u Ġerusalemm, fil-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lil Papa Benedittu XVI għaż-żjara tiegħu ġewwa Malta, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-Ħadd

10.00am L-Arċisqof jikkonċelebra Quddiesa Pontifikali Solenni mmexxijja mill-Papa Benedittu XVI fuq il-Fosos tal-Floriana.

4.45pm L-Arċsiqof jakkumpanja lill-Papa għall-vjagg bil-baħar fil-Port il-Kbir, lejn il-Valletta Waterfront fejn se ssir il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ.

6.40pm L-Arċisqof isellem lill-Papa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi tmiem iż-żjara tiegħu f’Malta.