It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa li matulha Leonard Mintoff jirċievi l-ministeru tal-Akkolitat u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma l-Isqof Joseph Kariyil ta’ Cochin, Indja, il-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), il-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, s-Seminarju.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi rtir tal-Kapitlu Metropolitan, fil-Kunvent ta’ St.Joseph, ir-Rabat.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur l-uffiċini tal-Malta Bible Society, il-Furjana.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Grupp Romol tal-Mosta fil-Kurja.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan ta’ Pembroke l-Kurja, dwar iż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tar-Redentur, l-Isla.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
12.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-parteċipanti tal-Maratona bir-Roti li se ssir fil-Liċeo, Ħamrun, b’risq id-djar tat-tfal immexxija mis-Sorijiet Ursolini.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuħ dwar il-parroċċa, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu, f’Pembroke.
6.00 p.m.L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Pembroke bħala ftuħ għaż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.
Il-Ħadd
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Pembroke.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ Pembroke.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha Dun Albert Buhagiar jinħatar Arċipriet tal-Mosta.