-
12 – 18 ta’ Mejju
-
It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jikkonċelebra waqt Quddiesa immexxija mill-Em.T. Kardinal Maura Piacenza fil-ftuħ tal-Konferenza Internazzjonali tac-Church in Need, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokjali, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Filep.It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.L-Erbgħa
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kumitat tal-Każin 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żabbar, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kumitat tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwalment u joqgħod magħhom għall-ikel, Ħaż-Żebbuġ.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tas-bniet, Ħaż-Żebbuġ.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja, Ħaż-Żebbuġ.Il-Ġimgħa
7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-10 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Belong, Knisja Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq.Is-Sibt
7.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tad-Dawl, u wara jiltaqa’ man-nies, Ħaż-Żebbuġ.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djocesan, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ġurnata iddedikata lill-Infermiera, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.Il-Ħadd
7.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Grazzja, u wara jiltaqa’ man-nies, Ħaż-Żebbuġ.
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ parruċċani ta’ Ħaż-Żebbuġ li jixtiequ jkellmuh personalment.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, u wara jiltaqa’ man-nies, Ħaż-Żebbuġ.