It-Tnejn

9.15 a.m.             L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m.             L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m.             L-Arċisqof jżur l-iskola Primarja ta’ Gwardamanġa bħala parti miż-Żjara Pastorali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

7  p.m.                  L-Arċisqof Jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal–gradwazzjoni tal-Istitut Formazzjoni Pastorali, fis-Seminarju tal-Virtu’.

L-Erbgħa

10 a.m.                 L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

6.30 p.m.             L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-gradwati tal-Universita’ ta’ Malta fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

1.30 p.m.             L-Arċisqof jilqa’ fl-Ajruport lill-Kardinal Dominico  Calcagno, President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Patrimonju tas-Santa Sede li se jattendi laqgħa tal-Kunsill Internazzjonali tal-Fondazzjoni Centessimus Annus li se ssir f’Malta.

7 p.m.                   L-Arċisqof iżur il-komunità tal-Patrijiet Agostinjani fi Gwardamangia u jiekol magħhom.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m.             L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

Is-Sibt

9 a.m.                    L-Arċisqof jattendi għall-Kungress dwar il-Predikazzjoni, organizzat mill-Provinċja Dumnikana fil-Kunvent tad-Dumnikani, ir-Rabat.

5.30 p.m.           L-Arċisqof Jilqa’ l-membri tal-Fondazzjoni Centessimus Annus u jiċċelebra quddiesa fil-Kurja.

Il-Ħadd

10.30 a.m.           L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-25 anniversarju tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Persuni b’Diżabilita’.

6.30 p.m.              L-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa Fl-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Karm Busuttil bħala kappillan fil-parroċċa tas-Swatar.