Talba ħerqana mill-Isqfijiet Ewropej għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja
09/02/2023Sors: Newsbook
Minn Praga, fejn bħalissa qed tiltaqa’ l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu, ilbieraħ filgħaxija l-Knejjes fl-Ewropa esprimew il-qrubija tagħhom lejn il-popli tan-nofsinhar tat-Turkija u t-tramuntana tas-Sirja li ntlaqtu minn terremot qawwi fis-6 ta’ Frar.
L-istqarrija tinnota b’sogħba li “ċ-ċifra tal-vittmi mejta għadha tielgħa”, u tesprimi kif it-tbatija kbira tal-popli affettwati messet il-qalb tal-membri kollha tal-Assemblea. “Hi ġerħa kbira”, li fis-Sirja qed tkompli żżid mal-gwerra li ilha tifni t-territorju għal 12-il sena”… Kompli aqra »