Din is-sena l-Iskola Salesjana St Patrick’s tagħlaq 120 sena mill-ftuħ tal-bibien tagħha u din l-okkażjoni speċjali se titfakkar b’serata speċjali fil-bitħa tal-iskola fil-21 ta’ Ġunju fit-8pm.
Mistiedna jattendu il-membri kollha tal-familja Salesjana u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għandhom xi rabta ma’ din il-komunità edukattiva. Merħba lill-familja kollha. Is-serata se tiftaħ b’quddiesa ta’ radd il-ħajr li se tkun animata minn bosta żgħażagħ. Se jintwera għall-ewwel darba dokumentarju speċjali dwar l-oriġini u l-evoluzzjoni tal-Iskola St Patrick’s. Diversi artisti se jferrħu lil dawk kollha preżenti b’mużika u kant mill-aqwa.
Jekk tixtieq tingħaqad magħna, ikklikkja: https://forms.gle/TjHjgmUMVhemq8q69