It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Republika, fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt.

It-Tlieta

9.30 a.m. Il-Guide Dogs Foundation jagħmlu żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ għeluq il-festi ċentinarji fil-Fgura.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

11.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin tal-Milied mal-ħaddiema ta’ APS Bank fir-Radisson Blue Resort, St. Julians.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-uffiċċji ta’ Transport Malta, f’San Maison.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel bħala parti mill-attivitajiet ‘Milied Flimkien’, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin tal-Milied mal-voluntiera tal-Hospice Movement, Ħal Balzan.

4.30 p.m. L-E.T. Abderrahaman Bel Hadj Ali, Ambaxxatur tat-Tunezija, jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

1.00 p.m. L-Arċisqof jattendi attivita’ għall-impjegati tal-Kurja fl-okkazjoni tal-Milied.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Raprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-kunċert ta’ karita’ għall-Milied minn Joseph Callejja, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof iwassal l-awguri tiegħu lill-poplu Malti, flimkien ma’ mexxejja oħra tal-Pajjiz, fil-bitħa tal-Palazz, il-Belt.

Il-Ħadd

11.30 a.m. L-Arċisqof jattendi festin għat-tfal residenti fid-djar tal-Knisja, organizzat minn Radju RTK.