It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.
It-Tlieta
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, is-Seminarju, tal-Virtú.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’seminar tat-Taqsima Pastorali Dinja tax-Xogħol, il-Kurja.
12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq TVM.
5.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, s-Seminarju.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’seminar tal-Viċi Kappillani, Ħ’Attard.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-bniet ta’ San Ġiljan bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu.
6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi seminar dwar il-bilanċ bejn il-ħajja fil-familja fuq il-post tax-xogħol, organizzat mill-ProġettImpenn fil-Lukanda Phoenicia.
Il-Ġimgħa
2.10 p.m. L-Arċisqof jitlaq lejn Ruma għall-Konċistorju tal-Kardinal Elett, Mons. Prospero Grech O.S.A.
Is-Sibt
Il-Ħadd