It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjni tal-20 anniversarju ta’ Richmond Foundation, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
It-Tlieta
9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù.
L-Erbgħa
9.15 a.m. L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.
5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, fil-Kurja.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi, bħala parti miż-Żjara Pastorali.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, f’Ħal Safi.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur it-tfal fiċ-Ċentru tal-Katekiżmu tal-MUSEUM tas-Subien, f’Ħal Safi.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fil-parroċċa ta’ Ħal Safi.
Il-Ġimgħa
6.00 p.m. L-Arċisqof flimkien mal-isqfijiet l-oħra Maltin jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jmexxi ċelebrazzjoni tal-Vġili ta’ Pentecoste, fil-Kumpless Sportiv ta’ Corradino,Raħal Ġdid.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta l-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla, fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinita’ Mqaddsa, l-Marsa.