It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Iklin, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Għaqda Biblika Maltija, fil-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi program tar-radju fuq l-istazzjon RTK.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur lir-residenti ta’ Dar San Gużepp, St. Venera u wara jibqa’ magħhom għall-Ikel.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-Kurja mal-għalliema ġodda li se jibdew jgħalmu fl-Iskejjel tal-Knisja.
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-iStaff tas-Seminarju u tal-Fakulta’ tat-Teoloġija fir-residenzu tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-abbatini tal-parroċċa tas-Siġġiewi fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa fil-Kappella ta’ l-Universita’, għall-membri tal-grupp Voices.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapreżentattiv Djoċesan fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana fiċ-ĊAK, B’Kara.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Djoċesana fiċ-ĊAK, B’Kara.
4.30 p.m. Sur Wadie Abunassar, Direttur tal-International Centre for Consultations minn Haifa, Israel jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-sena ġdida ta’ ħidma fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtu’.
8.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fil-Lukanda Phoenicia fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka.
Il-Ħadd
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa li fiha Sr Althea Axisa tas-Sorijiet Agostinjani tagħmel il-Professjoni Perpetwa fil-Knisja ta’ San Nikola, Ħal Tarxien.