-
14 – 20 ta’ April
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.L-Erbgħa
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, Dun Ewkarist Zammit dwar il-Viżta Pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu
7.30 p.m. L-Arċisqof imexxi l-Via Sagra Djoċesana fir-residenza għall-anzjani San Vinċenz de Paul, organizzata minn Radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta.Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Konsagrazzjoni taż-Żjut, fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa
3.30 p.m. L-Arċisqof imexxi l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur lis-saċerdoti li huma rikoverati fid-djar tagħhom u jwasslilhom il-Barka tal-Għid il-Kbir
8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi l-funzjoni ta’ Sibt il-Għid, fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Għid il-Kbir, fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.