It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra quddiesa magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arcisqof ikun ppreżentat bil-ktieb Siltiet mill-Imgħoddi ta’ Ħajti mill-awtriċi stess, il-Markiza Emily Barbaro Sant.
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-għoti tal-ministeru tal-Lettorat u Akkolitat lil tliet seminaristi Leonard Mintoff, Charlon Muscat u Reuben Vella, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arcisqof jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Malta Union of Teachers
12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fil-programm ‘Sellili’ fuq TVM.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-gradwati kollha ta’ din is-sena, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħamis
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ħames minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, il-Kappuċini, Għajn Dwieli, Paola.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra l-Festa ta’ Santa Elizabetta tal-Ungerija, Patruna tat-Terz Ordni Franġiskan fil-Knisja ta’ San Franġisk, Villambrosa, Ħamrun.
Il-Ġimgħa
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Istaff tas-Seminarju Maġġuri.
4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi s-sitt minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, tas-Silġ, Marsaxlokk.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa taż-Żgħażagħ fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fil-Kumpless Inspire, Marsaskala.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, l-Kurja.
3.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċelebrazzjoni għat-tfal fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fl-iskola Sta Monika, Birkirkara.
Il-Ħadd
10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Furjana.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.