• 14 – 20 ta’ Ottubru

  • It-Tnejn         

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri taċ-Ċentru Kateketiku fin-Nigret, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    5.45 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, iż-Żurrieq.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, iż-Żurrieq.

    It-Tlieta         

    5.00 p.m.         L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, iż-Żurrieq.

    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-koppji mexxejja tal-parroċċa taż-Żurrieq.

    L-Erbgħa

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwalment u joqgħod magħhom għall-ikel, iż-Żurrieq.

    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) ta’ l-istess parroċċa.

    Il-Ħamis         

    9.30 a.m.         L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja taż-Żurrieq.

    5.00 p.m.         L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, iż-Żurrieq.

    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-katekisti tal-istess parroċċa.

    Il-Ġimgħa

    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija taż-Żurrieq.

    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżazzjoni tal-istess parroċċa.   

    Is-Sibt

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’ Ursula, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-professjoni solenni ta’ Sr Daniela Fardell.

    Il-Ħadd

    9.00 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li tixxandar fuq TVM fl-okkażjoni tal-Ġurnata Missjunarja, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbug.

    4.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Laboratorju tal-Paċi, iż-Żurrieq.