Impenji tal-Arċisqof
Settembru 14 – 20
It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
It-Tlieta
7.30 p.m. L-Arċisqof mistieden tal-E.T. il-Kummissarju Għoli Ingliz tal-Ingilterra għal ċena f’ġieħ Rev. Can. Simon Godfrey, il-Kappillan ġdid tal-Pro-Kattidral ta’ San Pawl, Valletta.
L-Erbgħa
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ indivdwalment mas-saċerdoti tal-parroċċa tal-Gudja bħala parti miż-żjara pastorali, u wara joqgħod għall-ikel magħhom.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tal-Gudja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-istess parroċċa.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokjali bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Gudja.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-għalliema u l-ħaddiema tal-kulleġġi tad-De La Salle Brothers u jiċċelebra l-Quddiesa, fil-Kulleġġ tad-De La Salle fil-Cottonera.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-sorijiet tal-Karita’ fil-parroċċa tal-Gudja bħala parti miż-żjara pastorali.
5.30 p.m. L-Arċisqof jagħmel żjara fil-qasam tal-MUSEUM tal-bniet tal-istess parroċċa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jagħmel żjara fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-parroċċa.
Il-Ġimgħa
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.
7.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Asemblea Parrokkjali fil-parroċċa tal-Gudja.
Is-Sibt
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kandidati maskili tal-MUSEUM fid-Dar tal-Irtiri tal-Madonna tas-Silġ, f’Marsaxlokk u joqgħod magħhom għall-ikel.
Il-Ħadd
09.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-koppji mexxejja tal-parroċċa tal-Gudja.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni |għażagħ tal-istess parroċċa bħala parti miż-żjara pastorali.