It-Tnejn

9.15 a.m.           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m.           L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Parroċċa, il-Kalkara, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

6.00 p.m.           L- Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara.

It-Tlieta

10.30 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u wara jiekol magħhom, il-Kalkara.

L-Erbgħa

10.00 a.m.        L-Arċisqof ibierek u jinawgura kappella ġdida fl-iskola Sekondarja, Kulleġġ San Benedittu, f’Ħal Kirkop.

4.30 p.m.           L-Arċisqof iżur Dar il-Wens, il-Kalkara.

6.00 p.m.           L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara.

Il-Ħamis

7.00 p.m.           L-Arċisqof jattendi laqgħa organizzata mill-Istitut għar-Riċerka għas-Sinjali taż-Żminijiet (DISCERN), fil-lukanda Phoenicia, il-Furjana.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m.           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

6.00 p.m.           L-Arċisqof jattendi laqgħa organizzata mill-Proġett Impenn, bil-parteċipazzjoni tal-E.T. Mons. Jean Lafitte,  Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja, fil-lukanda Phoenicia, il-Furjana.

Is-Sibt

9.30 a.m.           L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

Il-Ħadd

8.00 a.m.           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Santa Liberata u wara jiltaqa’ man-nies, il-Kalkara.

10.00 a.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili fiċ-Ċentru Parrokkjali, il-Kalkara.

12.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità tal-Patrijiet Kappuċċini u jiekol magħhom, il-Kalkara.

4.15 p.m.           L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Gżira.