It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

3.45 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-konferenza “Shaping Our Future” organizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Malta, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

L-Erbgħa

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lill-membri tal-Ordni Sekulari Franġiskan fl-okkażjoni tal-festa tal-qaddisa patruna tagħhom, Santa Eliżabetta ta’ l-Ungerija.

Il-Ħamis

Filgħodu l-Arċisqof iżur lill-kappillani li qed jagħmlu l-irtir annwali tagħhom f’dar Manresa, Għawdex.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja li fiha ħames seminaristi se jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tas-Seminarju Maġġuri.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Għarħgur, fejn qed jagħmel iż-żjara pastorali.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ bi tħejjija għall-festa ta’ Kristu Re, fil-Parroċċa tal-Qawra.

Is-Sibt

9.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal bi tħejjija għall-festa ta’ ta’ Kristu Re, fil-Kulleġġ ta’ De La Salle, Kottonera.

Il-Ħadd

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, f’Raħal il-Ġdid.

8.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-Maratona ‘Inspire’ fl-MFCC, Ta’ Qali.