-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja,
fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.30 pm L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’San Pawl il-Baħar, f’għeluq l-ewwel ċentinarju mill-wasla tal-istatwa titulari.It-Tlieta
7.00 p.m. L-Arċisqof jikkonċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex, fil-Katridral tar-Rabat, Għawdex.L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa għall-għalliema u l-LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja, fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika, fil-Kulleġġ Sant’Agata, ir-Rabat.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun Joseph Grech, Arċipriet tas-Siġġiewi, bi tħejjijja għaż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, il-Kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek wirja dwar l-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta, fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Patri Ray Francalanza O.S.A., il-Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani, il-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali u Pastorali Djoċesan flimkien, il-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.Il-Ħadd
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum l-Indipendenza, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
5.15 p.m. L-Arċisqof jaħtar lil Dun Anton Cassar Monsinjur tal-Katidral Metropolitan fl-Imdina, u wara jiċċelebra Quddiesa li matulha tingħata bidu għall-ħidma pastorali ta’ Dun Anton bħala Arċipriet tal-Imdina.