It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiftaħ wirja dwar is-Sena tal-Fidi, imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-Verdala, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja tal-Premjazzjoni tal-Istudenti tal-iskola tas-Seminarju, f’Tal-Virtù.

L-Erbgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-wirja tal-ġojjelli fil-Casino Maltese, Valletta

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu ċ-Ċentru tal-Katekeżi bniet fid-Domus, bħala parti miż-Żjara Pastorali, f’Ħal Kirkop.

7.00 p.m. L-Arċisqof jmexxi katekeżi organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fil-pjazza tal-Katidral tal-Imdina.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Prijura fil-Monasteru ta’ Santa Margerita, f’Bormla.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar ‘Pacem in Terris – Ġwanni XXIII’, f’Palazzo de Piro, l-Imdina.

Il-Ġimgħa

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Għargħur f’konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ kappillan ġdid.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Vincent Mertens De Wilmars, ambaxxatur ġdid tal-Belġju għal Malta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-festa tal- Madonna ta’ Liesse, il-Belt Valletta.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkazjoni tal-Annual Rally Boys u l-Girl Guides, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

12.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura wirja bl-isem, “Eucharistic Treasures in Malta” f’Palazzo de Piro, l-Imdina.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-quddiesa tal-25 anniversarju ta’ Fr Raymond Cassar bħala saċerdot, fil-Knisja Parrokjali taż-Żurrieq.