L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Knisja f’Malta organizza ċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni għal 155 persuna li matul l-aħħar sena akkademika temmew b’suċċess 9 korsijiet differenti. Din iċ-ċerimonja li għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. saret fis-Seminarju, tal-Virtù, nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru 2011. Il-korsijiet li saru kienu:

  • General Education Award in Evangelisation (MQC level 4)
  • A Short Introduction to the Liturgy (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Natural Family Planning (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership II (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership III (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Theology (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Religious Education (MQC level 7)

Għall-ewwel darba ngħataw ċertifikati għall-korsijiet li huma akkreditati mill-Malta Qualifications Council. Id-Direttur tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, Fr Mark Sultana, qal li “dawn il-korsijiet huma għalhekk rikonoxxuti mill-istat; dan ifisser li, minbarra l-impronti qawwija tal-aspett ta’ fidi u l-aspett ekkleżjali, għandna rikonoxximent uffiċjali li l-korsijiet li qed noffru huma serji u professjonali”.

Sa mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2005, iktar minn 570 persuna rċevew formazzjoni mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Matul din is-sena akkademika mal-196 student qed isegwu 9 korsijiet differenti li jinkludu kors ġdid fit-Teoloġija u Ħidma Pastorali mal-Familja.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]