It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

L-Erbgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ żgħażagħ li qegħdin fi żmien ta’ riflessjoni dwar il-vokazzjoni saċerdotali tagħhom, fis-Seminarju,  tal-Virtu’.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola San Miguel, St.Andrews.

Il-Ġimgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Qudiesa fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija f’Malta.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ fil-Kurja lit-tfal tal-parroċċa ta’ Santa luċija li matul din is-sena ser jirċievu s-sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

Il-Ħadd

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika ta’ S.Elena B’Kara, fl-okkażjoni tal-anniversarju ta’ Dar Pirotta, Birkirkara.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Isla fl-okkażjoni tal-225 sena minn meta l-parroċċa saret kolleġġjata.