• It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    12.00 p.m.       L-Arċisqof jippresiedi konferenza għall-edituri tal-aħbarijiet u diriġenti tal-organiżżazzjonijiet tal-midja fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, fil-lukanda Excelsior, il-Furjana.

    ​It-Tlieta
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, Ħ’Attard.

    L-Erbgħa
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jattendi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Midalja tad-deheb Premju Papa Ġwanni XXIII fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.

    Il-Ħamis
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jiltaqa’ mal-ħaddiema tal-ħanut Chef Choice, Wied il-Għajn.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa titulari ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, Angela House, Pieta’.

    Il-Ġimgħa
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.
    12:45 p.m.       L-Arċisqof jingħaqad ma’ refuġjati Insara u Musulmani għal ħin ta’ talb, fil-Moskeja, Raħal Ġdid, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, il-Kurja.

    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djocesan, il-Kurja.

    Il-Ħadd
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Corpus Christi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.