It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni tal-parroċċa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ tal-istess parroċċa.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, il-Kurja.
L-Erbgħa
12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa’ f’programm ‘live’ fuq TVM.
1.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, u jiekol magħhom.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jilqa’ l-voti perpetwi fil-ħajja reliġjuża ta’ Sr Dasna Kannandera O.P. f’Ħal Lija.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-monument ta’ San Ġorġ Preca, il-Liċeo, Ħamrun.
12.00 p.m. L-Arċisqof ibierek ħanut ġdid tal-Maypole, il-Belt Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’servizz ekumeniku, fil-pro-katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ San Ġwann. Patri Effie Mallia OFM Kapp, il-Kurja, dwar iż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għar-ruħ l-Arċisqof Mikiel Gonzi, fil-Katidral tal-Imdina.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-sezzjoni Maltija tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani f’San Ġwann.
5.45 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu f’San Ġwann u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fiċ-Ċentru Pastorali taż-Żwejt, San Ġwann u wara jiltaqa’ man-nies taż-żona.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ San Ġwann.
12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Kappuċċini f’San Ġwann u jiekol magħhom.