It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita’ tas-Sorijiet Ġesu Nazzarenu, fiż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof jżur l-Istitut Paolo Freire, fiż-Żejtun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żejtun.

8.00 p.m. L-Arċisqof joqgħod għall-ikel mal-komunita’ tas-Sorijiet Ġesu Nazzarenu, fiż-Żejtun.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Malta, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa taż-Żejtun b’mod individwali u wara joqgħod magħhom għall-ikel.

4.30 p.m. L-Arċisqof jżur iċ-Ċentru tal-Katekizmu fiż-żona Ġebel Ciantar, iż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa taż-Żejtun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-istess parroċċa.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jżur l-iskola primarja taż-Żejtun.

5.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’attivita’ li matulha se tiġi ppreżentata t-traduzzjoni bil-Malti tal-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas in Veritate’, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, f’B’kara.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, għand is-Sorijiet Agostinjani, Fleur de Lys.

7.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’attivita’ f’għeluq id-90 sena mill-Union tal-Għalliema, fil-Belt.

Il-Ħadd

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiż-żona San Martin, iż-Żejtun.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mar-residenti taż-żona ta’ Ħal Tmiem, iż-Żejtun.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fis-Swatar.