It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu għall- katekeżi fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fl-Uffiċċju Parrokkjali, fl-istess parroċċa.

It-Tlieta

11.00 a.m.       L-Arċisqof jattendi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Midalja  Premju Ġwanni XXIII fil-Palazz, il-Belt Valletta.

4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-parroċċa B.M.V. ta’ Lourdes, Raħal Ġdid dwar il-ħatra ta’ kappillan ġdid.

L-Erbgħa

10.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Nazzjonali Anzjani, l-Kurja.

11.00 a.m.       L-Arċisqof jilqa’ lill- grupp ‘The Priests’, waqt żjara ta’ kortezija fil-Kurja.

8.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal ċena mogħtija mill-E.T. Umberto Di Capua, l- Ambaxxatur tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali, tas-Sliema (Sacro Cuor).

Il-Ġimgħa

8.45 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, flimkien mal-Kunsill tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

7.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi l-kunċert  ta’ ‘The Priests’, fl- Istitut Kattoliku, l-Furjana.

Is-Sibt

9.00 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Provinċjali tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karita fil-Kurja.

9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

5.45 p.m.         L-Arċisqof imexxi Translazzjoni u Għasar u wara jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal- festa  ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Konkatidral.

6.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi l-Purċissjoni u l-Pontifikal  fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Konkatidral.

8.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal riċeviment mogħti mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann il-Battista.

Il-Ħadd

6.00 p.m.         L-Arċisqof imeexi konċelebrazzjoni fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Fr Arthur Cutajar O.F.M. Konv. bħala kappillan tal-parroċċa San Pawl il-Baħar.