It-Tnejn

7.30 p.m. Bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu lill-emigranti Maltin fil-Kanada u fl-Istati Uniti l-Arċisqof jiltaqa’ mal-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti, l-E.T. Saviour F. Borg u s-sinjura Borg.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għall-Gnus Maqgħuda, l-E.T. Rev. Mons. Celestino Migliore.

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-kwartieri ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-uffiċċju tal-missjoni permanenti ta’ Malta għall-Ġnus Maqgħuda.

4.00 p.m. L-Arċisqof jasal fl-ajruport ta’ John F. Kennedy fi triqtu lura lejn Malta.

L-Erbgħa

Il-Ħamis

11.15 a.m. L-Arċisqof jasal lura Malta.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arcisqof  jiltaqa’ ma’ Dr Andrew Consiglio, fundatur tal-Youth Fellowship.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ dawk li jaħdmu fil-Media fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-Grupp Karizmatiku Christ the King, f’Hal Balzan.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiġi ipprezentat bil-publikazzjoni dwar l-istorja tal-Union tal-għalliema, mill-Kunsill tal-MUT, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat tal-Għaqda tal-istudenti tat-Teoloġija tal-Universita’, fil-Kurja.

10.00 a.m. L-Arċisqof  jilqa’ lil Dr Michael Buchanan, mill-Universita’ Kattolika ta’ Sydney, fil-Kurja.

11.00 a.m. L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-membri tal-Youth Fellowship li qed jagħmlu appostolat fl-iskejjel.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid il-Ħamsin, fil-Għargħur.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arcisqof jippresiedi l-Quddiesa Pontifikali ta’ Għid il-Ħamsin u jiċċelebra s-sagrament tal-Grizma tal-Isqof, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re’, Raħal Ġdid.