anniversary of the religious profession of Fra Xmun Cachia O.P.

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi tal-Baħrija, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tar-Rabat.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fid-dar tar-Rettur mal-membri tas-Soċjeta’ Civili tal-Baħrija.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-istaff tal-Uffiċċju Missjunarju Pontifiċju.

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur lill-impjegati tal-progress Press, l-Imreiħel.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ ruq Radju Marija.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja tal-Baħrija.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Rabat.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment f’Wignacourt Museum ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Dorotej, ir-Rabat.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’, ir-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal- Kunsill Ġdid tar-Reġia tal-Leġjun ta’ Marija, fir-reżidenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja tal-Lunzjata, il-Birgu fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Fra Xmun Cachia O.P.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-monument ta’ San Ġorġ Preca fil-Liċeo San Ġorġ Preca, Ħamrun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-konferenza dwar “il-Leġislazzjoni tad-Divorzju, l-effetti ta’ wara” fil-Hotel Phoenicia.

Is-Sibt

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li din is-sena se jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni, fil-Katidral, l-Imdina.

5.00 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja ta’ San Martin (Baħrija) u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd

9.45 a.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ u wara jiltaqa’ man-nies. Wara jiltaqa’ mal-komunita’ tal-patrijiet Franġiskani u jiekol magħhom.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa ta Ħaż-Żabbar.