It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-grupp ‘Christ the King’ fis-Santwarju Ħniena Divina.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm fuq Radju Marija.

7.45 p.m. L-Arċisqof jattendi ghall-Pageant tal-Passjoni ta’Ħal-Tarxien.

L-Erbgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi r-Rit Penitenzjali tal-grupp Neokatekumenali fil-Ħamrun.

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-Via Sagra Nazzjonali fl-Imdina li hija organizzata minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-konsagrazzjoni taż-żjut fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-Ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ġimgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’, fuq TVM.

3.30 p.m. L-Arcisqof jippresiedi l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

Is-Sibt

8.30 a.m. L-Arcisqof iżur qassisin anzjani fid-djar tagħhom u jagħtihom l-awguri tal-Għid.

8.00 p.m. L-Arċisqof immexxi l-funzjoni ta’ Sibt il-Għid, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okażjoni tal-festa tal-Għid il-Kbir.